Wara l-finali tat-tazza tad-dinja fil-Qatar bejn l-Arġentina u Franza, bla dubju li żewġ protagonisti li spikkaw kienu l-kollegi ma’ Paris St Germain Lionel Messi u Kylian Mbappe.
Sadanittant sar magħruf li l-flokkijiet ta’ dawn iż-żewġ plejers żdiedu sew fil-bejgħ u skont ġurnal Franċiż din iċ-ċifra hi ta’ 200 fil-mija.
L-istess flokkijiet ta’ Messi u Mbappe żdiedu wkoll fl-Istati Uniti fejn ħafna segwaċi tal-futbol għamluhom l-idoli tagħhom.