Monday, August 3, 2026
Home Sport Jordan Pickford minflok Hugo Lloris ma’ Tottenham? 

Jordan Pickford minflok Hugo Lloris ma’ Tottenham? 

0
543

Tottenham Hotspur qed jaħsbu f’goalkeeper ieħor hekk kif dak attwali Hugo Lloris m’għadux daqshekk żgħir. Fil-fatt hu għandu 35 sena għalkemm għadu għaddej bl-aqwa mod possibbli fil-kampjonat Premier Ingliż. 

Minkejja kollox, id-diriġenti minn Londra qed jaħsbu fil-possibbilta’ li jakkwistaw is-servizzi tal-gowlkiper ta’ Everton u tat-tim nazzjonali Ingliż Jordan Pickford. Dan tal-aħħar għandu 28 sena u ilu mat-Toffees sa mis-sena 2017 fejn lagħab ukoll 194 partita.