Tuesday, November 17, 2026
Home Sport Declan Rice jaċċetta kuntratt ġdid ta’ ħames snin ma’ Arsenal

Declan Rice jaċċetta kuntratt ġdid ta’ ħames snin ma’ Arsenal

0
28

Declan Rice laħaq ftehim dwar kuntratt ġdid ta’ ħames snin ma’ Arsenal, li se jżommu mal-klabb sa Ġunju tal-2031.

Il-midfielder Ingliż ta’ 27 sena wasal għal dan il-ftehim wara diversi xhur ta’ negozjati, għalkemm għad iridu jiġu ffirmati d-dokumenti uffiċjali.

Il-kuntratt il-ġdid mistenni jinkludi żieda sostanzjali fis-salarju tiegħu, bħala rikonoxximent tal-importanza tiegħu fit-team immexxi minn Mikel Arteta.

Rice ingħaqad ma’ Arsenal mingħand West Ham United fl-2023 għal £105 miljun, u minn dak iż-żmien sar wieħed mill-aktar players importanti f’nofs il-ground.

Dan il-ftehim juri l-intenzjoni ta’ Arsenal li jżomm il-players ewlenin tiegħu għal żmien twil u jkompli jibni team kompetittiv għall-futur.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here