Tuesday, November 17, 2026
Home Sport Tennis – ATP tournament:  Daniil Medvedev jegħleb lit-Taljan Flavio Cobolli f’Turin

Tennis – ATP tournament:  Daniil Medvedev jegħleb lit-Taljan Flavio Cobolli f’Turin

0
25

Daniil Medvedev beda l-impenji tiegħu fit-tournament ta’ tmiem l-istaġun f’Turin b’rebħa ta’ 7-6(4), 6-3 fuq it-Taljan Flavio Cobolli, quddiem il-pubbliku lokali.

L-ewwel set kien bilanċjat ħafna, hekk kif iż-żewġ players żammew is-service tagħhom. Madankollu, Medvedev wera aktar kalma fit-tie-break u rebaħ 7-4 wara 54 minuta.

Fit-tieni set, il-logħba baqgħet missielta sakemm ir-Russu kiser is-service ta’ Cobolli fis-seba’ game biex mar 4-3 minn fuq.

Medvedev kompla jikkontrolla l-konfront u kiseb break ieħor biex għalaq il-logħba wara siegħa u 27 minuta.

Ir-Russu kellu wirja tajba ħafna fuq is-service u ma ta l-ebda opportunità ta’ break lill-avversarju.

B’dan is-suċċess, Medvedev beda b’mod pożittiv il-kampanja tiegħu fi Grupp Ivan Lendl.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here