Tuesday, November 17, 2026
Home Sport Tennis – ATP tournament:  Carlos Alcaraz jibda b’rebħa konvinċenti kontra Frances Tiafoe...

Tennis – ATP tournament:  Carlos Alcaraz jibda b’rebħa konvinċenti kontra Frances Tiafoe f’Turin

0
34

Carlos Alcaraz beda l-impenji tiegħu tal-ATP tournament ta’ tmiem l-istaġun f’Turin b’rebħa komda ta’ 6-2, 6-2 fuq l-Amerikan Frances Tiafoe.

L-Ispanjol iddomina mill-bidu, fejn kiser is-service tal-avversarju darbtejn biex ħa vantaġġ ta’ 3-0 u eventwalment rebaħ l-ewwel set 6-2.

Fit-tieni set, Tiafoe pprova jirreaġixxi u kellu tliet opportunitajiet biex jikser is-service ta’ Alcaraz meta kien 3-2 minn taħt, iżda l-Ispanjol salva t-tliet break points u kompla jikkontrolla l-logħba.

Alcaraz kompla jżid il-vantaġġ u għalaq il-konfront mingħajr diffikultà.

Din kienet l-10 rebħa konsekuttiva tiegħu, hekk kif qed ifittex l-ewwel titlu tiegħu f’dan it-tournament prestiġjuż.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here