Tuesday, November 17, 2026
Home Sport Tennis: Alexander Zverev ippreżentat bit-trofew bħala l-aqwa player tad-dinja

Tennis: Alexander Zverev ippreżentat bit-trofew bħala l-aqwa player tad-dinja

0
29

Alexander Zverev ġie ppreżentat bit-trofew prestiġjuż li jirrikonoxxih bħala l-aqwa player tat-tennis fid-dinja fi tmiem l-istaġun 2026, waqt ċerimonja f’Turin.

It-tennista Ġermaniż ta’ 29 sena rċieva t-trofew tal-fidda minn idejn il-president Andrea Gaudenzi, wara staġun mill-aqwa li fih rebaħ l-ewwel żewġ titli tiegħu tal-Grand Slam, f’Roland Garros u fl-US Open.

Zverev wasal ukoll sas-semi-finali tal-Australian Open u l-finali ta’ Wimbledon, fejn irreġistra 66 rebħa matul l-istaġun.

Waqt iċ-ċerimonja, Zverev iddeskriva dan it-tragward bħala l-akbar kisba tal-karriera tiegħu. Huwa ammetta li sena qabel qatt ma kien jimmaġina li kien se jasal għal dan is-suċċess.

B’hekk, sar l-ewwel Ġermaniż li temm staġun fil-quċċata tar-rankings dinjija.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here