Tuesday, November 17, 2026
Home Sport Manchester United jikru ajruplan privat biex Mauricio Pochettino jibda jaħdem minnufih

Manchester United jikru ajruplan privat biex Mauricio Pochettino jibda jaħdem minnufih

0
39

Manchester United krew ajruplan privat biex il-coach il-ġdid Mauricio Pochettino jivvjaġġa direttament mill-Istati Uniti lejn Manchester wara l-aħħar impenn tiegħu mat-team nazzjonali Amerikan.

L-Arġentin mistenni jasal l-Ingilterra nhar l-Erbgħa filgħodu biex jibda jipprepara għall-konfront kontra Liverpool f’Anfield.

Pochettino se jkun qed imexxi lill-Istati Uniti fl-aħħar logħba kontra Haiti, qabel jibda l-avventura l-ġdida tiegħu mal-United.

Sadanittant, tliet membri tal-istaff tekniku tiegħu diġà waslu Manchester biex jibdew il-preparamenti.

Il-coach ta’ 54 sena għandu ftit jiem biss biex jaħdem mal-players qabel l-ewwel impenn importanti tiegħu fit-22 ta’ Novembru.

Pochettino ngħata kuntratt ta’ sentejn u nofs wara t-tkeċċija ta’ Michael Carrick.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here