Il-football in ġenerali jinsab f’luttu hekk kif il-Ġimgħa filgħodu tħabbret il-mewt tal-leġġendarju Taljna, Gianluca Vialli, fl-etá ta’ 58 sena.
Fl-2017, Vialli ġie djanjostikat bil-kanċer tal-frixa iżda wara li f’April 2020 qal li kien ingħata l-approvazzjoni, reġa’ ġie djanjostikat fl-2021.
F’Diċembru li għadda, huwa kien ħabbar żmien ta’ mistrieħ temporanju mir-rwol tiegħu mat-team nazzjonali tal-Italja f’Diċembru biex jiffoka fuq saħħtu.
“Gianluca kien persuna mill-aqwa u se jħalli vojt li ma jistax jimtela,” qal il-president tal-FIGC, Gabriele Gravina.
“Kien jittama sal-aħħar li jkun jista’ jsirlu miraklu ieħor. Madankollu ninsab ikkonfortat biċ-ċertezza li dak li għamel għall-footballTaljan u l-flokk blú qatt m’hu se jintesa.”
Vialli lagħab 59 darba għall-Italja, fejn iddebutta fl-1985, sena wara li ngħaqad ma’ Sampdoria fejn rebaħ it-titlu tas-Serie A u t-Tazza tar-Rebbieħa tat-Tazza Ewrpea matul tmien staġuni mal-club.
Huwa għen ukoll lil Sampdoria jaslu sal-finali tat-Tazza Ewropea 1992 iżda wara li tilef kontra Barcelona, huwa ngħaqad ma’ Juventus għal somma rekord dinjija ta’ dak iż-żmien ta’ £12-il miljun. Vialli qatta’ erba’ staġuni mal-Bianconeri fejn rebaħ il-UEFA Champions League, it-Tazza UEFA u l-kampjonat Taljan.
Fl-1996, huwa ngħaqad ma’ Chelsea bħala player liberu u sentejn wara sar player-manager.
Vialli kien l-ewwel Taljan li mexxa team fil-Premier League Ingliż u mexxa lill-Blues għar-rebħ tal-League Cup, it-Tazza Rebbieħa tat-Tazzi Ewropea u l-UEFA Super Cup.
Fl-2000, Huwa mexxa wkoll lil Chelsea għar-rebħ tal-FA Cup u ċ-Charity Shield iżda tkeċċa kmieni fl-istaġun ta’ wara wara bidu ħażin.
Fl-2001-02 kellu wkoll perjodu qasir mat-team taċ-Championship, Watford, iżda mbagħad tkeċċa mill-kariga wara li l-Hornets temmew fl-14-il post.