Thursday, April 25, 2024

Il-Forzi Armati jsalvaw żewġ titfal mill-baħar

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum waranofsinhar il-Forzi Armati ta’ Malta rċivew sejħa għall-għajnuna wara li żewġ titfal sabu ruħhom f’diffikultajiet u kellhom bżonn l-assistenza.

Dan wara li minħabba kurrenti fil-baħar huma spiċċaw inġarru mal-mewġ. Iċ-Ċentru tal-Kordinazzjoni tas-Salvataġġ b’mod immedjat bgħatu petrol boat fejn ġew salvati l-minuri.

It-tfal ingħataw lit-tim mediku li kien hemm qiegħed jistenna fuq il-bajja biex jagħti l-ewwel għajnuna.

Il-Forzi Armati ta’ Malta jħeġġu lin-nies biex jisguraw is-saħħa u s-sigurtà tagħhom u dejjem isegwu t-twissijiet tat-temp.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport