Skont rapporti fil-midja barranija jidher li l-Ukreni ħasdu lir-Russi viċin il-belt ta’ Kharkiv u ħadu f’idejhom numru ta’ rħula.
Skont aġġornament maħruġ minn uffiċjali tad-Difiża fir-Renju Unit, il-forzi Ukreni f’Kyiv avvanzaw b’50 Kilometru f’territorju li kien qiegħed jinżamm mir-Russi.
Ikkonferma din l-aħbar il-President Ukren waqt indirizz b’aġġornamenti relatati mal-invażjoni li għamel il-Ġimgħa. Huwa qal li bil-mod il-mod, il-forzi Ukreni qegħdin jirnexxielhom jerġgħu jieħdu l-kontroll u jpoġġu l-bandiera tal-Ukrajna f’numru ta’ żoni.
Skont l-istess rapporti jidher li l-offensiva qed tfittex li taqta’ l-linji tal-provvista tar-Russi qrib Kupyansk u taqabad eluf ta’ truppi Russi f’Izyum.
Il-Ġeneral Valeriy Zaluzhnyi, kmandant tal-forzi armati tal-Ukrajna, f’aġġornament fuq Facebook nhar il-Ġimgħa wara nofsinhar kien ottimist. Huwa qal li “Nafu biċ-ċar għalxiex qed niġġieldu u żgur li se nirbħu”.
Fl-istess waqt jidher li uffiċjal Russu f’Kharkiv ikkonferma li l-Ukreni kienu rnexxielhomjagħmlu “rebħa sinifikanti”.