Wednesday, July 24, 2024

Il-frieken Liam, Daisy u Eva lura fil-Bajja tar-Ramla f’Għawdex

Aqra wkoll

Hekk kif qed joqrob dan l-istaġun sajfi l-ibħra tagħna, jista jagħti l-każ li jkunu nvażati bil-bram. Għalhekk waħda mis-soluzzjonijiet għal inqas bram fl-ibħra tagħna hija l-fekruna li tiekol dan il-bram. Dan iċ-ċiklu jżomm il-bilanċ naturali marittimu.

Intant ilbieraħ f’messaġġ fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA qalet li fil-jum dinji tal-ambjent kellhom ix-xorti li jeħilsu tlett ifrieken Liam, Daisy u Eva fil-Bajja tar-Ramla f’Għawdex. Dawn kienu qed jiġi riabilitati fi Xrobb l-Għaġin Nature Park u fil-Wildlife Rehab Centre.

L-ERA qalet ukoll; “Kun parti minn #GenerationRestoration u tgħallem kif int ukoll tista’ tinvolvi ruħek u tagħmel differenza. Flimkien nistgħu nibnu futur sostenibbli”

Ekonomija

Sport