Saturday, December 21, 2024

Il-funeral ta’ wieħed miż-żgħażagħ Russi sfurzati jiġġieldu l-gwerra ta’ Putin

Aqra wkoll

L-invażjoni fl-Ukrajna tkompli tiddomina fl-aħbarijiet u fost il-ħafna bumbardamenti qegħdin jispikkaw it-telf ta’ ħajjiet innoċenti fiż-żewġ pajjiżi.

Fost l-aktar riċenti kien il-funeral ta’ Yegor Pochkaenko li miet ġurnata biss qabel għalaq 19-il sena.

Is-suldat Russu nqatel fl-invażjoni fl-Ukrajna jiem biss wara li l-President Russu Vladimir Putin assigura lill-ommijiet li s-suldati żgħażagħ ma kinux se jispiċċaw parti minn din il-gwerra.

Barra minn hekk, mal-mewt tiegħu bdew jinħarġu dikjarazzjonijiet li żgħażagħ li jintagħżlu biex iservu għall-President Russu fil-mument ta’ Gwerra qegħdin jiġu sfurzati b’kuntratti ta’ suldati.

Apparentament Putin ordna lill-Kap Prosekutur Militari biex jeżamina l-evidenza u dawk responsabbli għad-deċiżjoni li dawn iż-żgħażagħ jintbagħtu bħala parti mit-truppi fl-Ukrajna jiġu sanzjonati.

Ekonomija

Sport