Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn ta’ etá żgħira ħafna, saħansitra minn ta’ ħames snin kont diġá bdejt nilgħab. Iktar ma kbirt imbagħad l-imħabba lejn il-kowċing bdiet tikber u min dejjem kelli f’moħħi li kif nieqaf mill-karriera ta’ plejer, inkompli bħala kowċ.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek bħala kowċ tat-tim ta’ taħt is-17-il sena ta’ Valletta FC.
Din is-sena hija t-tieni sena tiegħi bħala kowċ ma’ Valletta, l-ewwel sena bħala kowċ tal-U17s. Dan l- istaġun nista’ ngħid li s’issa kien pozittiv fejn l-iktar ħaġa importanti f’din l-etá li hija ‘development’ u mill-bidu tas-sena s’issa rajna titjib tajjeb f’dak l-aspett.
Huwa fatt magħruf li t-tim tal-kbar ta’ Valletta FC qed jutilizza bosta plejers prodotti tan-nursery tagħkom. X’inhu s-sigriet ta’ dan is-suċċess?
Li bħalissa t-tim tal-kbar qiegħed fil-BOV Challenge League huwa ċans aħjar għaż-żgħażagħ taghna li jilagħbu u juru xi kwalitajiet għandhom għax qed jingħataw ħafna iktar ċans. Huwa fatt ukoll li n-nursery taħdem qatigħ biex iġġib tfal promettenti minn etá żgħira biex jikbru fl-ambjent tal-Valletta u kif jaslu f’ċerta etá jkunu lesti biex jagħmlu l-qabża meħtieġa għal mal-kbar.
Kif tqis il-livell tal-grassroots f’pajjiżna?
Fl-opinjoni tiegħi il-livell tal-grassroots hawn Malta dejjem kien tajjeb. Nista’ nghħd li anke meta konna tfal aħna, il-livell li kellna f’etá żgħira kien wieħed pożittiv. F’dawn iż-żminijiet il-faċilitajiet dejjem qed jitjiebu u għelhekk nemen li l-livell tal-grassroots jista’ tabilħaqq jibqa’ jissaħħaħ.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-loghob kompetittiv tagħkom?
Tjiebna bħala pitches peró xorta nemen li jista’ jkun hawn iktar pitches full-size u ta’ kwailtá aħjar.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Nixtieq li nkompli nikber fil-kowċing billi nagħmel l-eżamijiet meħtieġa u jkolli l-liċenzji provduti biex inkompli nitgħalem u nitjieb kemm jien kif ukoll il-plejers li nkun qed nikkowċja.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Inħeġġeġ bis-sħiħ lil dawk iż-żgħażagħ kollha biex jilagħbu din il-logħba tant sabiħa u li tant itagħtik emozzjonijiet. Logħba li tgħallmek, tkabbrek mentalment u bis-saħħa tagħha tiltaqa’ ma’ ħafna nies ġodda. Logħba li f’dawk id-90 minuta tnessik mill-problemi kollha tal-ħajja!