Id-difensur, John Stones, instab ħati ta’ sewqan b’veloċità eċċessiva wara li ma rċeviex ittra mill-pulizija waqt li kien barra mill-pajjiż mal-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja.
Id-difensur ta’ 32 sena, li dan is-sajf ingħaqad ma’ Inter wara għaxar snin ma’ Manchester City, kien inqabad f’Mejju jsuq ir-Range Rover tiegħu, li tiswa £150,000, b’43 mil fis-siegħa f’żona b’limitu ta’ 30 mil fis-siegħa qrib id-dar tiegħu f’Cheshire.
Stones kien ammetta mal-pulizija li kien hu s-sewwieq, iżda ma weġibx it-tieni ittra li kienet tagħtih l-opportunità li jħallas multa fissa. Minħabba f’hekk, il-każ spiċċa quddiem il-qorti, fejn instab ħati permezz ta’ proċedura rapida. Huwa tteħdulu erba’ punti fuq il-liċenzja u multa ta’ £666, flimkien ma’ £120 fi spejjeż u surcharge ta’ £266.
Stones spjega li kien mal-Ingilterra, wara li ntgħażel għall-iskwadra tat-Tazza tad-Dinja, u wara mar vaganza u mbagħad mar joqgħod Milan. Huwa qal li għalhekk ma kienx hemm ħadd fid-dar biex jirċievi l-posta.
Stones lagħab 94 darba mal-Ingilterra u għamel 295 dehra ma’ Manchester City.




