il-Gvern Ġappuniż immexxi mill-Prim Ministru Yoshihide Suga approva d-disa’ żieda konsekuttiva fl-infiq militari, fejn alloka fondi għall-iżvilupp ta’ ajruplan militari avvanzat tat-tip stealth u missili ta’ portata itwal kontra l-bastimenti. L-għan ta’ din iż-żieda fl-infiq huwa biex il-Ġappun jilqa’ għaż-żieda fil-qawwa militari taċ-Ċina.
Il-Ministeru għad-Difiża se jkollu għad-dispożizzjoni $51.7 biljun għas-sena finanzjarja li se tkun qed tibda f’April. Dan ifisser żieda ta’ 1.1% minn din is-sena.
Suga qed isegwi fl-espansjoni militari kontroversjali li nbdiet mill-predeċessur tiegħu Shinzo Abe, biex tissaħħaħ il-qawwa militari tal-pajjiż.
Iċ-Ċina min-naħa tagħha qed tippjana li żżid n-nefqa militari b’6.6% matul din is-sena, l-iżgħar żieda fi 30 sena.