Monday, December 23, 2024

Il-Ġappun jirreġistra l-ogħla temperaturi mill-1875 ’il hawn

Aqra wkoll

Matul l-aħħar jiem il-Ġap­pun kompla jesperjenza temperaturi rekord, tant li fl-aħħar sigħat kienet immarkata l-ogħla tempera­tura qatt irreġistrata f’dawn l-aħħar 150 sena. 

Is-sħana qalila li qiegħda taħkem lil dan il-pajjiż wasslet biex ftit tal-jiem ilu l-gvern ħareġ twissija fejn qal li minħabba li l-poplu qiegħed jagħmel użu kontinwu mis-sistemi ta’ ajra kundizzjonata dan qiegħed iwassal għal pressjoni kbira fuq il-provvista tal-elettriku tant li jista’ jwassal għal qtugħ. Għalhekk il-gvern kien talab lin-nies biex dwal u appart elettroniku li jkunu qed jinżammu mixgħula għal­xejn jinftew. 

L-esperti jemmnu bis-sħiħ li l-mewġiet tas-sħana qed isiru iktar frekwenti, iktar qawwija u jdumu iktar u dan kollu minħabba l-effetti tat-tibdil fil-klima kkawżat minn intervent uman. Mill-era industrijali ’l hawn, it-temperatura tad-dinja diġà żdiedet b’1.1oC u jekk il-gvernijiet ma jagħmlu xejn dwar l-emissjonijiet din mistennija li tkompli tiż­died. Fl-aħħar sigħat Tokjo rreġistrat temperatura ta’ 35oC għall-ħames jum konsekuttiv. Din hija l-ogħla temperatura qatt immakrata f’Ġunju mill-1875 ’il hawn, jiġifieri minn meta bdiet tinżamm l-istatistika. Apparti hekk, fil-belt ta’ Isesaki t-temperatura kienet ta’ 40.2oC li huwa rekord assolut fil-Ġappun. 

Ekonomija

Sport