It-Taqsima Gvern, Entitajiet Pubbliċi u Saħħa fi ħdan il-GWU kisbet l-għarfien uffiċjali fil-Foundation for Information Technology Accessibility (FITA).
Dan l-eżerċizzju seta’ jseħħ wara li l-ħaddiema kollha fil-Fondazzjoni għarfu l-benefiċċji li jissieħbu fl-akbar unjin tal-pajjiż.
Ir-rikonoxximent ngħata wara l-proċess ta’ verifika mid-DIER li kkonkluda li l-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema huma membri mħallsa tal-Union.
Il-pass li jmiss hu li jibdew in-negozjati mal-maniġment għal Ftehim Kollettiv ġdid bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema.