Bl-għajnuna ta’ waħda mill-infermieri, il-ġenituri ta’ Jasmine, iċ-ċkejkna li twieldet b’kundizzjoni newroloġika żaru lil Madonna Marija Għajnuna tal-Insara. Il-ġenituri flimkien mat-tifla talbu lill-Madonna biex isir miraklu, iżda fuq kollox talbu biex binthom ikollha ħajja mingħajr tbatija.
Kienu l-ġenituri ta’ Jasmine li fuq il-paġna tal-midja soċjali Jasmine’s Journey kitbu li “meta Jasmine ddaħħlet għal tant xhur l-Isptar Mater Dei s-sena l-oħra u kellha ħafna uġiegħ. Kont immur ħafna fil-kappella tal-Isptar u nitlob lill-Verġni Marija u nitlobha biex bħala omm tifhem l-uġiegħ li tara tarbija tbati.”
Huma qalu li lesti jagħmlu kollox biex jagħtu l-għajnuna lit-tifla tagħhom. Qalu wkoll li talbu għall-familjarji tat-tfal morda li qegħdin ibagħtu.