Tuesday, November 19, 2024

Il-Ġermanja jirbħu l-UEFA Under/17

Aqra wkoll

Il-Ġermanja rebħu l-Kampjonat Ewropew Under/17 meta fil-finali li saret fin-Nandor Hidegkuti Stadion ta’ Budapest għelbu lil Franza 5-4 f’penalty shoot-out tensa wara li l-logħba ntemmet fi draw ta’ 0-0 anke wara li ngħata l-ħin barrani

Il-Ġermanja kienu skorjaw 16-il darba fil-ħames logħbiet tagħhom fl-Ungerija, iżda ma kinux fl-aqwa tagħhom hekk kif Paris Brunner u sħabu tħabtu biex jaħarbu mill-attenzjoni tad-difiża ta’ Franza. Fin-naħa opposta, il-pass ta’ Lambourde u l-bravuri ta’ Saimon Bouabre ħolqu problemi.

Lambourde mar disperament viċin li jkompli centre għal ġewwa meta kien fadal 20 minuta bis-sostitut Bence Dardai jmur viċin minn free-kick li ħabatlu man-naħa ta’ taħt tal-lasta l-mimduda.

Fil-ħin miżjud, save grandjuż ta’ Schmitt biss ċaħħad lil Lambourde, u daħla fl-aħħar ta’ Fode Sylla waqqfet lil Noah Darvich fi triqtu lejn il-goal biex il-logħba daħlet fix-shoot-out.

Darvich ra l-penalty tiegħu tal-ftuħ salvat, kif għamel Sylla meta seta’ rebbaħ lil Franza; minflok, Bouabre laqat il-lasta biex ta ċans lil Assan Ouedraogo jagħti t-trofew lill-Ġermanja għat-tielet darba mindu l-kompetizzjoni bdiet fl-2001.

Fir-ritratt jidhru l-players Ġermaniżi jiċċelebraw wara l-preżentazzjoni

Sport