Tuesday, April 30, 2024

Il-Ġimgħa, it-trasport pubbliku f’Għawdex se jkun b’xejn

Aqra wkoll

Fl-okkażjoni tal-European Mobility Week, li tibda minn nhar il-Ħamis 16 ta’ Settembru u tibqa’ sejra sal-Erbgħa 22 ta’ Settembru, nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Settembru kull min juża t-trasport pubbliku f’Għawdex se jkun jista’ jagħmel dan mingħajr ħlas.

Din l-inizjattiva ġiet organizzata minn Eko-Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, b’kollaborazzjoni ma’ Transport Malta.

L-għan tat-trasport pubbliku b’xejn huwa sabiex il-pubbliku jkun imħeġġeġ jagħmel aktar użu minn dan it-tip ta’ servizz minflok juża t-trasport privat tiegħu. Li tingħata prijorità lit-trasport pubbliku fuq dak privat iwassal biex ikomplu jonqsu l-emissjonijiet u t-tniġġis tal-ambjent.

Sport