Monday, May 13, 2024

UCL: Solskjaer iwissi lill-players tiegħu

Aqra wkoll

Wara t-telfa ta’ 2-1 kontra Young Boys, il-coach ta’ Manchester United, Ole Gunnar Solskjaer, wissa lill-players tiegħu li  għandhom jitgħallmu mill-iżbalji tagħhom jekk iridu jevitaw eliminazzjoni bikrija mill-UEFA Champions League. 

It-telfa xokkanti tat-Tlieta filgħaxija f’Bern, irrepetiet it-telfa ta‘ 2-1 kontra Basaksehir f’Istanbul, f’Novembru li għadda, li kien il-bidu tat-tmiem tal-avventura tagħhom ta’ din il-kompetizzjoni biex imbagħad kienu relegati fil-UEFA Europa League. 

Ir-Red Devils għad għandhom ħafna żmien biex jirkupraw hekk kif fadal ħames partiti x’jintlagħbu fil-fażi tal-gruppi. 

Iżda huwa jrid li t-team tiegħu jkun aktar dixxiplinat hekk kif Aaron Wan-Bissaka tkeċċa għal foul inutli filwaqt li Jesse Lingaard ikkommetta żball li minnu Young Boys skorjaw il-goal tar-rebħa fil-ħin miżjud. 

Iżda fl-istess waqt Solskjaer huwa fiduċjuż li Manchester United se jkunu wieħed miż-żewġ timijiet li se javvanzaw għall-Aħħar 16.

Sport