Il-ġinnasta Amerikana Simone Biles, żvelat li d-dar tagħha f’Chicago kienet misruqa minn tliet irġiel mgħammda li serqu l-Porsche GTS lussuża tagħha.
Biles, li rebħet seba’ midalji tad-deheb Olimpiċi, qalet l-istorja fuq il-midja soċjali u rċeviet ħafna appoġġ wara l-inċident.
Mhux magħruf eżattament meta seħħet is-serqa jew jekk kienx hemm arresti, iżda Biles ikkonfermat li l-karozza eventwalment instabet.
Hija tgħix fil-proprjetà tagħha ma’ żewġha, il-player tal-NFL Jonathan Owens. Biles qalet ukoll b’mod umoristiku li l-ħajja tagħha hija mimlija avvenimenti mhux tas-soltu u li jista’ jkollha bżonn ‘reality show’.
L-inċident tagħha jseħħ f’perjodu fejn qed jiżdiedu każijiet ta’ serq minn djar ta’ sportivi.
F’Jannar, id-difensur ta’ Manchester City, Ruben Dias, ukoll kien vittma ta’ serqa. Mid-dar tiegħu nsterqu ġojjelli, apparat elettroniku u ħwejjeġ tad-disinjaturi, minkejja sistemi ta’ sigurtà avvanzati, kameras CCTV u gradi elettriċi.




