Sunday, December 22, 2024

Il-Glazers mhux se jinnegozjaw il-bejgħ ta’ Manchester United b’inqas minn £6 biljun

Aqra wkoll

Is-sidien ta’ Manchester United, il-familja Glazer, mhux se jinnegozjaw il-bejgħ tal-club b’inqas minn £6 biljun meta t-talba oriġinali kienet dik ta’ £9 biljun. 

L-Amerikani ilhom fit-tmexxija tal-club mill-2005 iżda xejn ma kienu popolari mal-partitarji, tant, li saru diversi protesti kontra tagħhom biex iċedu l-poter. 

F’Novembru li għadda huma ħabbru li l-club jinsab għal bejgħ u kien hemm bosta konsorzji interessati iżda mill-ewwel tnaffru meta saru jafu li l-prezz kien dak ta’ £9 biljun. 

Però wieħed mix-xejjera interssati huwa l-aktar raġel sinjur fir-Renju Unit, Jim Ratcliffe, li n-negozju tiegħu huwa dak ta’ petrokimiku, bl-isem tal-kumpanija huma Ineos. 

Il-proċess tal-offerti għadu ma bediex uffiċjalment iżda fil-verità se tkun diffiċli biex il-club jinxtara għas-somma ta’ £6 biljuni. 

Min-naħa l-oħra, il-Glazers huma lesti li jibqgħu fit-tmexxija filwaqt li lesti li jċedu xi ishma b’investiment ġdid liema mossa qed tiġi rreġettata mill-partitarji għall-fatt li jridu jeħilsu mill-Amerikani.  

Is-sena li għaddiet, is-somma li tħallset għall-bejgħ tal-club ta’ Chelsea ta’ Roman Abramovich kienet dik ta’ £2.5 biljuni b’finanzjament ieħor ta’ £1.75 biljun.

Ekonomija

Sport