Is-sidien ta’ Manchester United, il-familja Amerikana Glazer, ħabbru li għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari li l-prezz mitlub tagħhom huwa dak ta’ £6 biljuni.
Dan jitfa‘ dubju kbir fuq l-offerti li saru li l-massimu tagħhom waslu sa £5 biljuni mill-Qatari Sheikh Jassim Bin Hamad Al Thani u Sir Jim Ratcliffe. Il-konsorzju l-ieħor, l-Amerikani Elliot, qed joffru wkoll li jfasslu pakkett li tista’ tinteressa lill-Glazers.
Iżda sorsi qalu li: “Għadu mhux ċar jekk il-Glazers fil-fatt iridux ibigħu u – jekk jagħmlu dan … mhux se jċedu lira waħda inqas minn £6 biljuni.
“Huwa possibbli li huma aktar ħerqana fuq bejgħ parzjali aktar milli wieħed sħiħ f’dan l-istadju.
“Dak li hu ovvju hu li jridu jimmassimizzaw il-profitti tagħhom billi jbigħu bil-prezz preferut tagħhom jew xejn.
“Il-possibbiltà l-oħra hija li sempliċement jiddeċiedu li l-ebda waħda mill-offerti ma tkun qrib dak li jridu huma, bit-tama li l-kundizzjonijiet tas-suq jinbidlu favur tagħhom f’sena jew aktar.”
Il-partitarji qed jibżgħu li l-offerta ta’ Ratcliffe tista’ tħalli lil Glazers għal sjieda maġġoritarja tal-club … kif fil-fatt iridu l-Amerikani.
Minkejja li l-grupp mill-Qatar huwa b’saħħtu finanzjarjament, l-offerta ta‘ Ineos hija maħsuba li hija l-aktar waħda preferuta għal Glazers. Il-konsorzju mill-Qatar irid li jmexxi lill-club waħdu u qed iwiegħed li jpoġġi lill-club fuq l-ogħla pedestal mondjali.
Qed jingħad li Ratcliffe mistenni joffri £2 biljuni bil-Glazers jibqgħu kmandi assoluti tal-United.
Dan huwa test kbir għal QIA quddiem id-dinja kollha. Jew ikollhom iħallsu s-£6 biljuni, li s’issa waslu sa £5 biljuni, jew inkella jirtiraw.