Tuesday, May 14, 2024

Il-Boat Parties… il-mużika trid titwaqqaf fil-11.00pm

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kienet ilha tinġibed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-boat parties f’xi każi setgħu kienu qed jaffettwaw għasafar partikolari bħal Garnija u dan minħabba mużika qawwija f’żoni iffrekwentati minn dawn l-għasafar. Kien proprju fl-aħħar jiem operaturi tal-boat parties ġew mgħarrfin b’regolamenti li huma jridu jsegwu. Fost dawn hemm li qabel jidħlu f’port jew daħla, huma iridu jakkwistaw permess ta’ ‘no objection’ mill-Valletta Port Control. Apparti dan il-mużika trid tieqaf fil-11.00 ta’ bil-lejl.

Il-boat parties kienu qegħdin isiru dejjem aktar popolari b’mod partikolari fix-xhur tas-sajf, fejn b’mod regolari kienu jsiru boat parties f’żoni f’Malta. Dań kien qed iwassal ilmenti li d-dwal abbored flimkien ma’ storbju esaġerat fuq dawn l-istess dgħajjes, seta’ kien qed jaffettwa għasafar particolari bħal Garnija.

L-operaturi li jorganizzaw boat parties, flimkien mal-kaptana, u ekwipaġġ ta’ bastimenti kummerċjali ġew mfakkra dwar id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Prattika li jittrattaw ħsejjes u mużika għolja abbord dawn il-bastimenti kummerċjali.

Dawn id-dispożizzjonijiet ġew stabbiliti biex jissalvagwardjaw is-sikurezza tan-navigazzjoni u l-operat tal-bastiment billi jiġi żgurat li l-komunikazzjonijiet kollha abbord ma jiġux imfixkla fl-ebda ħin; u wkoll, li jitqiesu l-obbligi soċjali u ambjentali billi jiġi żgurat li ma jkun ikkawżat l-ebda inkonvenjent speċjalment f’żoni li huma sensittivi għall-istorbju. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu mħarsa f’kull ħin.

Apparti dan l-operaturi, il-kaptana u l-ekwipaġġ kollu huma b’dan notifikati li, meta jiġu organizzati boat parties, għandha tinkiseb No Objection biex tidħol f’xi port, jew bajja mingħand Valletta Port Control (Valletta VTS), qabel ma jsir l-avveniment.L-istess operaturi qegħdin jintalbu jagħmlu applikazzjoni għal No Objection, mhux inqas minn 24 siegħa qabel l-attività skedata.

Apparti dan il-permessi meħtieġa biex issir l-attività għandhom ikunu disponibbli u sottomessi lill-Awtorità. L-istorbju 1 u l-livelli tal-mużika għandhom jiġu kkontrollati sabiex ma jikkawżaw l-ebda tfixkil u inkonvenjent lil persuni oħra fuq bastimenti fil-viċinanzi jew persuni fuq l-art. Il-livelli tal-ħsejjes m’għandhom ifixklu bl-ebda mod, il-komunikazzjonijiet lejn u mill-bastiment. Dan għandu jiġi mħares f’kull ħin.

Apparti dan il-mużika trid titwaqqaf sa 11.00 ta’ bil-lejl.

Sport