Friday, December 27, 2024

Il-Ġnien tal-Ħolm fi Pjazza San Ġorġ se jibqa’ sa Jum l-Omm

Aqra wkoll

Illum iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef ħabbar li l-Ġnien tal-Ħolm fi Pjazza San Ġorġ issa se jkun estiż sal-Ħadd 14 ta’ Mejju. Is-Sur Micallef qal li “wara r-rispons tant pożittiv mill-pubbliku ġie deċiż li dan il-ġnien, li tant qiegħed joħloq atmosfera mill-isbaħ fil-kapitali tagħna, se jibqa’ hemm għal ġimgħa oħra u issa jibqa’ sa Jum l-Omm, sal-Ħadd 14 ta’ Mejju.

Jason Micallef kompla jgħid li l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta dejjem tara li tkompli toħloq kuxjenza ambjentali permezz ta’ ħafna proġetti li tagħmel u dan il-pulmun aħdar f’din il-pjazza huwa xhieda ċara ta’ dan.

“Għalkemm dan il-ġnien ma jistax ikun wieħed permanenti f’din il-pjazza, aħna bħala Aġenzija rajna kif għamilna sabiex inżommuh hawn għal ġimgħa oħra ħalli jkompli jitgwada minn kull min iżur il-Belt Kapitali tagħna” temm jgħid iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Ekonomija

Sport