Sunday, May 5, 2024

Terrimot qawwi ta’ 6.3 jolqot il-Ġappun

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat, terrimot qawwi ta’ 6.3 reġistrat fuq l-Iskala Richter laqat ir-reġjun ċentrali ta’ Ishikawa fil-Ġappun. Minkejja l-qawwa ta’ dan it-terrimot l-awtoritajiet ma ħarġu l-ebda twissija ta’ tsunami.

Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-pajjiż, it-terrimot seħħ għal ħabta tas-2.42 pm ħin lokali u li kien f’fond madwar 10 kilometri. Minħabba f’hekk il-linji tal-ferroviji li joffru servizz bejn Nagano u Kanazawa ġew sospiżi.

It-terrimoti huma komuni ħafna f’dn il-pajjiż Asjatiku. Dan billi l-Ġappun jinsab fuq iċ-“Ċirku tan-Nar” tal-Paċifiku, ark ta ‘attività sismika intensa li tinfirex mix-Xlokk tal-Asja għal madwar il-Paċifiku.

Sport