Tuesday, November 26, 2024

Il-Ġnus Magħquda se tnaqqas l-għajnuna tal-ikel lil 10 miljun Afgan

Aqra wkoll

Minn Settembru, madwar għaxar miljun Afgan se jkunu tilfu l-assistenza mill-Programm Dinji tal-Ikel tal-Ġus Magħquda. Dan tħabbar mill-organizzazzjoni aktar kmieni din il-ġimgħa. Huma ħabbru ukoll li għal dan ix-xahar kellhom inaqqsu l-għajnuna tal-ikel lil iktar minn żewġ miljun ruħ fl-Afganistan, minħabba problemi finanzjarji.

F’kumment li ta lil midja internazzjonali, ir-rappreżentant tal-programm dinji tal-ikel, Hsiao-Wei Lee, qal li meta diġa il-livelli ta’ ġuħ u malnutrizzjoni huma inkwetsanti, huma jinsabu sfurzati li se jkollhom jagħżlu lil min se jipprovdu l-ikel u lil min se jħallu barra. Huwa żied jgħid li minħabba din is-sitwazzjoni, miljuni ta’ familji se jitħallew jitħabtu biex ikollhom l-ikel.

Fi stqarrija, l-organizzazzjoni qalet li normalment il-programm tal-ikel jagħmlu l-iktar użu minnu in-nisa. Dan għaliex huma qegħdin jitwarrbu mis-soċjetà u b’hekk l-għażliet biex jaqilgħu l-għajxien u jitimgħu lil uliedhom qiegħed dejjem jonqos. Ingħad ukoll li dan it-tnaqqis ifisser li 1.4 miljun ruħ li se jsiru ommijiet mhumiex se jkunu qegħdin jirċiievu dan is-servizz tal-ikel.

Sport