Wednesday, October 9, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum

Aqra wkoll

Raġel ta’ 52 sena qiegħed isofri ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tas-1.30pm waqa’ għoli ta’ madwar sular minn fuq sellum.

L-inċident seħħ f’residenza privata fi Triq San Edwardu, Birżebbuġa.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport