Sunday, December 22, 2024

Il-goalkeeper Brażiljan Alisson jinħafrulu żewġ karti ħomor

Aqra wkoll

Il-goalkeeper tal-Brażil, Alisson, jista’ jgħodd lilu nnifsu fortunat wara li karta ħamra diretta fl-ewwel taqsima, għal għal fuq fuq Enner Valencia, ġiet trasformata għal safra u mbagħad it-tieni karta safra fil-ħin miżjud ġiet maħfura wkoll … fid-draw ta’ 1-1 kontra l-Ekwador valida mill-kwalifiki tat-Tazza tad-Dinja 2022 

Barra minn hekk, l-Ekwador jistgħu jħossuhom sfortunati għax minbarra dawn iż-żewġ episodji, huma ngħataw żewġ penalties iżda mbagħad ġew irtirati wara r-reviżjoni tal-VAR.

Fuq nota pożittiva, b’dan il-punt l-Ekwador resqu viċin li jikkwalifikaw għall-fażi finali hekk kif il-Brażil u l-Arġentina diġá għamlu dan. 

Kien Casemiro li fil-15-il minuta fetaħ l-iskor għall-Brażil iżda kwarta mit-tmiem Felix Torres kiseb id-draw għat-team ospitu. 

Iż-żewġ timijiet kellhom player imkeċċi – Jose Carabali (15) għall-Ekwador u Emerson (20) għall-Brażil.  

Ekonomija

Sport