Il-goalkeeper ta’ FC Andorra, Jesus Owono, ġie sospiż għal 12-il partita mill-FA Spanjola wara l-inċident mal-attakkant ta’ Tenerife, Jesus de Miguel, li miet l-għada tal-konfront.
L-inċident seħħ fit-2 ta’ Novembru waqt partita mit-Tieni Diviżjoni Spanjola. Owono tkeċċa wara li daħal f’kuntrast ma’ De Miguel b’riġlejh mgħollija meta uża wkoll forza eċċessiva.
De Miguel, ta’ 30 sena, ittieħed l-isptar u ddaħħal fit-taqsima tal-kura intensiva, iżda sfortunatament miet fit-3 ta’ Novembru.
Il-kumitat dixxiplinari qies l-azzjoni bħala ksur serju tar-regolamenti u imponielu s-sospensjoni massima prevista.
Owono esprima d-dieqa kbira tiegħu għall-mewt tal-player, filwaqt li FC Andorra qalet li se tirrispetta l-privatezza tiegħu.




