Wednesday, April 24, 2024

Il-goalkeeper tal-Kamerun, Andre Onana, jikkummenta wara li tkeċċa mill-iskwadra mill-coach Rigobert Song

Aqra wkoll

Il-goalkeeper tal-Kamerun, Andre Onana, intbagħat lura lejn pajjiżu mill-coach, Rigobert Song, wara li kellhom argument kbir bejniethom qabel id-draw ta’ 3-3 kontra s-Serbja. 

Iżda Onana kkummenta fuq dan l-inċident fejn saħaq li għall-ġid ta’ kulħadd ried li jagħmel paċi mal-coach biex jibqgħu jiffokaw fuq il-logħbiet li kienu ġejjin. Issa nhar il-Ġimgħa, il-Kamerun se jiffaċċjaw lill-Brażil fejn xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom. 

Il-player ta’ 26 sena, li jilgħab ma’ Inter, qal: “Poġġejt l-isforzi kollha u l-enerġija tiegħu biex tikkalma s-sitwazzjoni iżda ma sibtx l-appoġġ li stennejt. Irrid nesprimi l-affezzjoni u l-imħabba tiegħi lejn pajjiżi.

“Dejjem ġibt ruħi b’mod xieraq biex ngħin lit-team lejn is-suċċess. L-inkoraġġiment kollu tiegħi jmur għal sħabi, għax urejna li kapaċi navvanzaw f’din il-kompetizzjoni.

“Irrid nistqarr li kelli mumenti diffiċli. Madankollu, dejjem inqis u nirrispetta d-deċiżjonijiet tan-nies responsabbli mit-tmexxija u s-superviżjoni tat-team tagħna.

“Il-valuri li nippromwovi bħala persuna u bħala professjonist huma dawk li jidentifikawni, u li writt mill-familja tiegħi sa minn tfuliti. Li nirrappreżenta l-Kamerun huwa privileġġ kbir. In-nazzjon huwa l-ewwel u għal dejjem.”

Sport