Wednesday, December 25, 2024

Il-golfer Andy Borg b’esperjenza internazzjonali fl-Estonja

Aqra wkoll

Il-golfer Malti Andy Borg rebaħ il-kategoriji Mid-Amateur u Seniors filwaqt li spiċċa fit-tmien post tal-Amateur Open li sar fl-Estonja.

Din l-għoxrin edizzjoni saret fil-belt ta’ Parnu fl-Estonja fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet f’avveniment organizzat mill-World Amateur Golf Ranking (WAGR) fuq 54 toqba.

Borg ma kellux biċċa xogħol faċli minħabba r-riħ u x-xita li ħakmu l-korsa ta’ Parvu għalkemm xorta rnexxielu jilħaq skors ta’ +5, +2 u +1 biex kiseb it-tmien pożizzjoni bi skor kumplessiv ta’ +8.

Ir-rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni kien Richard Teder mill-Estonja li kellu skor ta’ -6 bil-kompatrijott Ralf Johan Kivi b’-4 u Veikka Viskar mill-Finlandja b’-3.

Sadanittant Andy Borg rebaħ il-Mid-Amateur u l-kategorija Senior wara differenza ta’ ħames u 15-il shot rispettivament.

Ekonomija

Sport