Tuesday, April 23, 2024

Il-president tal-FMA Mark Borg se jibda r-raba’ terminu tiegħu

Aqra wkoll

Hekk kif il-Futsal Malta Association se tkun qed torganizza l-laqgħa ġenerali annwali tagħha fil-21 ta’ Ġunju li ġej, il-president Mark Borg ma ġiex ikkontestat sabiex se jkun qed jokkupa r-raba’ terminu tiegħu f’din il-kariga. Lanqas is-segretarju Dr Stefan Cutajar u t-teżorier Matthew Borg ma ġew ikkontestati u għalhekk se jżommu din il-kariga wkoll.

Minkejja kollox, se jkun qed jissejjaħ laqgħa straordinarja sabiex ikun hemm emenda fl-istatut sabiex ikun hemm żewġ viċi-presidenti flok wieħed biss. Il-proposta hi li l-membri l-ġodda Kurt Rizzo u Nathaniel Jones jieħdu dan ir-rwol.

B’hekk tliet membri jridu jiġu co-opted b’Lorraine Zammit li se tkun qed tirrappreżenta l-futsal tan-nisa għall-ewwel darba u magħha hemm ukoll Joe Meilaq u David Spiteri

Sport