Friday, May 3, 2024

Joseph Muscat jiftaħ kawża biex il-Maġistrat Vella ma tibqax tmexxi l-inkjesta

Aqra wkoll

L-Eks-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat fuq il-paġna tiegħu tal-midja soċjali li kien fetaħ kawża biex il-Maġistrat Vella ma tibqax tmexxi l-inkjesta.

Fil-messaġġ tiegħu, Muscat qal li llum permezz tal-avukati tiegħu, fil-Qorti ppreżenta b’urġenza sabiex il-Maġistrat Gabriella Vella ma tkompliex it-tmexxija tagħha fl-inkjesta fuq l-isptarijiet kif ukoll li l-atti tal-inkjesta jiġu immedjatament assenjati lil Maġistrat Inkwerenti ieħor/oħra li tkun imparzjali sew fuq livell oġġettiv u sew fuq livell suġġettiv.

Muscat qal ukoll li fil-kawża huwa ppreżentat ċar kif il-Maġistrat Vella ma tistax tkompli tmexxi din l-inkjesta minħabba leaks kontinwi inkluż mill-investigaturi tagħha, li ma ddekredatx għal iktar minn sena d-diversi rikorsi li għamilt biex nixhed u nwieġeb għal kwalsijasi domandi li setgħu isiruli, li taċċetta r-rapport li sar kontrija mingħajr ma tagħtini ċans inwieġeb għalih kif titlob il-liġi kif ukoll li ma tirrikużax ruħha minħabba l-kummenti pubbliċi li għaddew il-familjari tagħha fuq il-mertu inkwistjoni.

Sport