Sunday, December 22, 2024

Il-Grand Prix ta’ Emlia Romagna sospiża minħabba għargħar kbar

Aqra wkoll

Il-Grand Prix ta’ Emilia Romagna ġie sospiż għal tmiem il-ġimgħa li ġej minħabba għargħar kbar fir-reġjun.

Id-diskussjonijiet nhar l-Erbgħa bejn l-awtoritajiet lokali u l-organizzaturi tat-tiġrija f’Imola, fl-Italja, kkonkludew li l-avveniment ma setax jipproċedi minħabba nuqqas ta’ sigurtá. 

Il-Federazzjoni tal-awtomobiliżmu qalet li s-sospensjoni tat-tellieqa kienet “l-aktar deċiżjoni tajba u responsabbli”.

Il-president u l-kap eżekuttiv tal-Formula Wieħed, Stefano Domenicali, qal: “Hija traġedja daqshekk li wieħed x’ġara f’Imola u f’Emilia Romagna, il-belt u r-reġjun li trabbejt fihom, u l-ħsibijiet u t-talb tiegħi huma mal-vittmi tal-għargħar u l-familji u l-komunitajiet affettwati.

“Id-deċiżjoni li ttieħdet hija dik it-tajba għal kulħadd fil-komunitajiet lokali u l-familja tal-F1 peress li rridu niżguraw is-sigurtà u ma noħolqux piż żejjed għall-awtoritajiet waqt li jittrattaw din is-sitwazzjoni orribbli.” 

Kien hemm għargħar mifrux madwar ir-reġjun ta’ Emilia Romagn fejn mill-inqas ħallew warajhom tliet vittmi  u l-awtoritajiet wissew lin-nies ma joħorġux fit-toroq.

Ekonomija

Sport