Wednesday, April 24, 2024

PL Balzan jirbħu l-finali tal-Community League

Aqra wkoll

PL Balzan rebħu l-finali tal-Community League organizzat mill-Malta Blackball Federation meta f’finali oħra ferm interessanti għelbu lil Valletta Fossa Boys 11-8.

L-ewwel parti tal-logħba kien kollu favur il-Balzanin li rebħu l-ewwel żewġ sessjonijiet tant li kienu 7-3 minn fuq.

Madankollu fit-tielet sessjoni, il-Beltin wettqu reazzjoni qawwija tant li f’ħin minnhom l-iskor kien 8-7.

PL Balzan tjiebu ferm fl-aħħar parti tal-logħba hekk kif rebħu aktar frames fl-iskor finali jkun dak ta’ 11-8.

Sadanittant PL Balzan, Valletta Fossa Boys, Hamrun 147 D u Zejtun Domus Kids kisbu l-promozzjoni għar-Regional League.

Sport