Friday, December 13, 2024

Il-Grand Prix tar-Russja jitneħħa mill-kalendarju

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Awtomobiliżmu ddeċidiet li Grand Prix tar-Russja mhux se jiġi kumpensat b’tiġrija oħra. 

Din l-aħbar tħabbret ilbieraħ wara li l-Grand tar-Russja, li jsir fiċ-ċirkwit ta’ Sochi, kien ġie sospiż minħabba l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna. 

L-FIA esplorat alternattivi bħall-Qatar kif ukoll Singapore, iżda wara xhur ta’ taħdidiet, l-awtoritajiet ta’ dan l-isport iddeċidew li l-ebda avveniment ma seta’ jieħu post dan il-Grand Prix.

Għaldaqstant kien deċiż li jagħmel aktar sens li jiġi mneħħi mill-kalendarju. 

Ekonomija

Sport