Saturday, September 27, 2025

“Il-ġranet u l-iljieli nħosshom bħal maltempata … uġigħ bla waqfien”- Ingrid Sammut

Aqra wkoll

“Il-ġranet u l-iljieli nħosshom bħal maltempata. Uġigħ bla waqfien f’kull forma. Kull nifs li nieħu huwa b’unur għaż-żgħażagħ gwerriera li tilfu l-battalji tagħhom u dawk li għadhom jiġġieldu miegħi kontra din il-marda devastanti. Qatt ma tintesa, il-kuraġġ tiegħek jgħix f’kull wieħed u waħda minna li nkomplu din il-ġlieda”

Dan kien il-messaġġ li wasslet Ingrid Sammut fuq Facebook, li bħalissa qed taffaċċja ċertu sfidi f’ħajjitha minħabba l-kanċer. Ingrid enfasizzat li dan il-vjaġġ għallimha kif nistenna, kif tissaporti, kif tkun paċenzjuża, u fuq kollox, kif iżżomm it-tama ħajja.

Sammut qalet ukoll; “jista’ jkun li nbati fis-skiet, imma ngħix bit-tama… tama għal lejl wieħed biss ħieles minn dan l-uġigħ bla waqfien, tama għal jum li naraw kura, u tama għal dak il-mument li nibda nirrikonoxxi lili nnifsi mill-ġdid”.

Tenniet tgħid li sadanittant, se tibqa’ issemmi leħinha, għax l-għarfien, il-kompassjoni, u r-riċerka huma l-uniċi mogħdijiet li jistgħu jibdlu din it-tama f’realtà.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport