Monday, April 29, 2024

Il-ġuri storiku ta’ Donald Trump se jibda fi New York

Aqra wkoll

Donald Trump se jibda għaddej ġuri f’dawn il-jiem fil-qorti ta’ Manhattan fi New York u jsir l-ewwel eks President Amerikan li jgħaddi ġuri f’kawża kriminali kontrih. Huwa qed jiġi akkużat li ffalsifika r-rekords tan-negozju tiegħu biex jaħbi ħlas ta’ flus li sar lil Stormy Daniels, eks stilla tal-films pornografiċi ftit qabel l-elezzjoni tal-2016.

Donald Trump, li llum għandu 77 sena, se jiffaċċja sentenza sa massimu ta’ erba’ snin ħabs jekk jinstab ħati, iżda jista’ jevita l-ħabs u minflok jiġi mmultat. Huwa qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi kontriħ.

Il-proċess storiku kontra Trump se jseħħ fl-isfond tal-kampanja presidenzjali tiegħu, u fl-aħħar mill-aħħar jista’ jwassal biex in-nominata tal-partit Repubblikan jiġi kkundannat xhur qabel ma l-poplu jmur jivvota f’Novembru li ġej.

Alex Keyssar, professur tal-istorja u l-politika pubblika fl-Iskola Kennedy tal-Università ta’ Harvard jqis dan il-każ bħala bla preċedent għax ma hemm xejn, lanqas remotament, komparabbli miegħu.

Il-proċess, li se jibda bl-għażla tal-ġurija, huwa mistenni li jdum minn sitta sa tmien ġimgħat biex jintemm u se jiffoka fuq ħlas ta’ 130,000 dollaru li Donald Trump għamel lil Stormy Daniels permezz tal-alleat tiegħu Michael Cohn biex tibqa b’ħalqa magħluq dwar allegata relazzjoni ma’ Trump.

Il-prosekuturi ddeskrivew dan bħala attentat biex “jinfluwenzaw illegalment” l-elezzjoni tal-2016. Ħlasijiet ta’ flus baxx baxx mhumiex illegali iżda l-Uffiċċju tal-Avukat tad-Distrett ta’ Manhattan allega li Trump wettaq reat billi rreġistra b’mod qarrieq ir-rimborż lil Cohen bħala spejjeż legali.

B’kollox, huwa akkużat b’34 reat li ffalsifika r-rekords tan-negozju fl-ewwel grad. Biex jaslu għal verdett, it-12-il ġurat kollha jridu jaqblu dwar jekk Trump huwiex ħati jew le ta’ akkuża speċifika.

Il-proċess f’Manhattan mistenni jkollu xhieda minn numru ta’ persuni b’karattri ikkuluriti, inklużi Michael Cohen, Stormy Daniels, u l-avukat personali ta’ Trump li diġa ngħataw sentenzi ta’ ħabs minħabba dan l-iskandlu.

L-esperti ma jaqblux ma xulxin fl-opinjoni tgħhom dwar is-saħħa tal-każ tal-prosekuzzjoni, li jinvolvi approċċ legali aktar ġdid biex jitressqu akkużi ta’ reati fuq il-falsifikazzjoni tar-rekords tan-negozju.

Trump għamel diversi attentati bla suċċess biex idewwem il-proċess tal-ġurija u jċaqalqu minn Manhattan, li hija magħmula prinċipalment minn Demokratiċi.
Ir-rimarki aggressivi li ripetutament għamel Trump meta ddeskriva l-każ kontrih bħala motivati politikament, wasslu lill-imħallef biex jimponi ordni li tipprojbixxih milli jagħmel kummenti pubbliċi dwar nies relatati mal-każ, inklużi xhieda. L-ordni tal-imħallef ġiet estiża wara li Trump dawwar l-attakki tiegħu fuq l-internet lejn it-tifla tal-imħallef, u sejħilha “Rabid Trump Hater”.

Dan il-każ kriminali huwa biss wieħed mill-erba’ li Donald Trump li qed jiffaċċja din is-sena. Iżda tista’ tkun l-unika prova li ssir qabel id-dibattitu elettorali tiegħu tal-2024 mal-President Joe Biden.

Jekk Trump jinstab ħati, l-esperti jgħidu li mhux probabbli li jmur il-ħabs. Anke kieku, skont il-liġi tal-Istati Uniti, xorta seta’ jservi bħala president.
Iżda l-kundanna tiegħu tkun timmarka l-ewwel darba li persuna misjuba ħatja ta’ reat gravi tista tikkontesta għall-president bħala persuna nnominat minn parti maġġuri.

Dak li hu notevoli dwar dan huwa li ma jidhirx li jolqot porzjon konsiderevoli tal-elettorat. Dan jidher mill-fatt li l-popolarità ta’ Trump ma battietx minkejja l-akkużi kriminali tiegħu. Madankollu, kwalunkwe aħbar mill-qorti – tajba jew ħażina għal Trump – jista jkollha effett fit-tellieqa bejn l-ex president u dak attwali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport