Monday, April 29, 2024

KUNTRAST QAWWI BEJN IŻ-ŻEWĠ PARTITI EWLENIN

Aqra wkoll

Minn żmien għal żmien, kmamar tal-aħbarijiet differenti lokali jikkummissjonaw stħarriġ tal-opinjoni pubblika biex ikollhom stampa aktar ċara dwar liema partit politiku u anke liema mexxej tal-partit ikun qed igawdi fil-mument l-akbar appoġġ u fiduċja mill-elettorat.

Stħarriġ tal-opinjoni pubblika ma jsirux biss f’Malta imma wkoll f’diversi ġajjiżi oħra fosthom ir-Renju Unit l-aħħar stħarriġ wera li l-Partit Laburista għandu vantaġġ sinifikanti fuq il-Partit Konservattiv.

F’pajjiżna, proprju јumeјn ilu ħareġ ir-riżultat ta’ stħarriġ ieħor minn sensiela publikat fit-TORĊA li ta’ min  janalizzah sew. Dan wera illi kieku kellha ssir elezzjoni ġenerali issa, il-Partit Laburista jerġa jirbaħ b’distakk ta’ mhux inqas minn 28,000 vot fuq il-Partit Nazzjonalista.

Dan ma hux l-uniku stħarriġ li ta dan ir-riżultat imma issa ilu, stħarriġ wara ieħor, jindikaw li l-PL igawdi l-fiduċja tal-maġġoranza assoluta tal-Maltin u l-Għawdxin.

Anki fir-rigward tal-mexxejja taż-żewġ partiti ewlenin, il-fiduċja tan-nies fil-mexxejja Laburista Robert Abela hija aktar mid-doppju tal-kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Distakk sinifikanti bejniethom.

Iżda lill hinn mill-kwistjoni ta’ kuluri, aħmar jew blu, dan l-istħarriġ kompla jikkonferma li l-Partit Nazzjonalista mhux jirkupra l-votanti li tilef mill-2013 ‘il hawn. U għal dan, nemmnu li r-raġunijiet humaa diversi. Forsi għaliex in-nazzjonalisti m’humiex kuntenti bit-tmexxija tal-kap tagħhom, jew anki forsi għax jemmnu li l-PN m’għandux viżjoni ċara ta’ tmexxija jekk ikun fil-gvern.

Fuq ix-xenarju l-ieħor, ma nistgħux ngħidu l-istess għall-Partit Laburista. Anki jekk naqqas xi ftit mill-appoġġ li gawda matul dawn l-aħħar snin, xorta għadu b’saħħtu fil-popolarita mal-Maltin.

Dan l-appoġġ ma ġiex mix-xejn imma huwa dovut għal politika ekonomika u soċjali li dejjem mexxa ‘l quddiem Gvern Laburista fl-interess nazzjonali.

Bla dubju iżda, huwa l-mexxej li jinstiga tmexxija għaqlija. Dan ma jistax jingħad għall-kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li ħafna humja dawk li llum qed jgħidu li għandu jitlaq mit-tmexxija għax flok għaqqad lill-PN kompla firdu bil-politika żbaljata tiegħu.

Dawn li qed jgħidu hekk isostnu li żball kardinali li għamel Grech kien li ħeles akkosta ta’ kollox minn nies rilevanti u ta’ esperjenza politika biex daħħal minflokhom uċuħ ġodda li mhux biss m’għandhomx nitfa esperjenza imma wkoll li komplew jgħaddsu l’isfel lill-PN.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport