Saturday, April 27, 2024

Chelsea jagħtu sitta lil Everton

Aqra wkoll

Chelsea rreġistraw l-akbar rebħa f’dan l-istaġun meta għelbu lil Everton bl-iskor ta’ 6-0.

Bla dubju, Cole Palmer kien il-protagonista meta skorja xejn inqas minn erba’ goals.

Huwa fetaħ l-iskor fit-13il minuta b’xutt imdawwar għal ġox-xibka … biex ħames minuti wara rdoppja minn  minn rebound wara l-goalkeeper ta’ Jordan Pickford, ma żammx il-ballun. Fid-29 minuta skorja t-tielet personali u tal-Pensioners b’lob minn 40 metru bogħod. Fit-63 minuta, Palmer għaqqad il-poker minn penalty.

Iż-żewġ goals l-oħra waslu minn Nicolas Jackson (44) u Alfie Gilchrist (92) skorjaw iż-żewġ goals l-oħra.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport