Friday, December 27, 2024

Il-ġuri tal-aħwa Degiorgio rappurtat fil-midja barranija

Aqra wkoll

Il-ġuri tal-aħwa Degiorgio ġibed l-attenzjoni tal-midja internazzjonali u dan anke minħabba l-fatt ta’ kif żvolġew l-affarijiet.

Fir-rapporti fil-midja barranija jispikka l-fatt kif l-aħwa George u Alfred daħlu filgħodu jiċħdu l-akkużi biex aktar tard wara nofsinhar qalu li huma ħatja bi żvolta li ħadd ma kien qiegħed jistenna.

Jirreferu wkoll għall-fatt li pajjiżna, l-iżgħar stat fl-Unjoni Ewropea xeħet fuqu l-attenzjoni ta’ bosta hekk kif wara ħames snin, kompla l-proċess biex issir ġustizzja mal-familja tal-vittma.

Qalb deskrizzjoni tal-ħidma ta’ Daphne Caruana Galizia u l-ħidma tagħha biex tikxef il-korruzzjoni, ir-rapporti kkwotaw ukoll l-istqarrija tal-Prim Ministru Robert Abela li ftit ħin wara li ngħatat is-sentenza qal li dan huwa pass ieħor importanti fejn issa hemm tliet persuni li se jiskontaw sentenza ta’ ħabs b’rabta ma’ dan il-każ. 

Ikkwotaw ukoll lil iben il-vittma, Matthew Caruana Galizia li minkejja li kien nifs twil għalihom li ż-żewġ persuni se jkunu qegħdin ipattu ta’ għemilhom, jemmen li l-proċess kien wieħed wisq twil u li għad baqa’ persuni oħrajn li jridu jwieġbu biex tkompli ssir il-ġustizzja mal-mibkija ommhom.

Ekonomija

Sport