Saturday, May 4, 2024

Lejla għall-familja kollha f’Casal Paola 

Aqra wkoll

Il-Kunsill Lokali Paola b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola sejjer jippreżenta Lejla F’Casal Paola, fiċ-ċentru tal-lokalita fi Pjazza Antoine De Paule, illejla s-Sibt 15 t’Ottubru 2022 mis-7pm ’il quddiem. 

Tul din il-lejla din il-Pjazza sa tospita fiha attivitajiet diversi fejn sa nsibu żewġ palkijiet f’żoni differenti fejn sa jipparteċipaw diversi artisti u kantanti fost l-aqwa talent li għandna f’pajjiżna. 

Ser jittella Kunċert Mużikali bl-isem “Kanzunetti Maltin Biss” fejn ser jipparteċipaw il-kantanti Lisa Gauci, Analise Sciriha, Ivan Vella, Drackard, Amber. Mike Spiteri, Kantera u Chiara. F’dan il-kunċert sa tkun qed idoqq il-Banda Paola fejn sa tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mauro Spiteri. Ser jippreżenta dan il-kunċert Ron Briffa. Wara dan il-kunċert sa jkun qed jsir kunċert ieħor mill-Brightside Band li ser tallegra l-pubbliku preżenti b’mużika u kant. 

Mistiedna wkoll min Għawdex iċ-Ċittadella Folk Group li ser jagħtu spettaklu ta’ żfin folkloristiku filwaqt li Taverna Folk Group sa jkunu qegħdin jdoqqu f’diversi żoni fil-Pjazza. Ma tonqosx l-għana tradizzjonali filwaqt li jsiru wkoll makjetti min Jomick, Lydon u Etienne. 

Sa jkunu qegħdin jipparteċipaw aktar min 30 artiġġjana b’xogħlijiet ta’ artiġjanat Malti filwaqt li ser jkun hemm ukoll wirjiet ta’ karozzi antiki, falkunerija, wirja mill-Malta Rabbit Club u anke Archery. Ma jonqosx l-ikel Malti u żona ta’ logħob għat-tfal. 

Wieħed jista’ wkoll jitla jara l-proġett tal-orgni l-ġdid fil-Bażilka ta’ Kristu Re permezz tal-lift li għadu kif ġie installat filwaqt li jitla wkoll fuq l-bejt ta’ l-istess Bażilka. 

Matul din il-lejla qed jkun provdut parkeġġ fil-Ground Pace Grasso. 

Il-Pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex jiġi u jżur din il-lokalita ta’ Casal Paola f’din il-lejla ta’ attrazzjoni. 

Sport