Sunday, May 19, 2024

Il-PM jisħaq li l-prinċipji tal-PL wasslu għas-suċċess elettorali

Robert Abela f'diskussjonijiet ma' mexxejja oħra Ewropej f'Berlin

Aqra wkoll

F’Berlin, fuq stedina tal-Kanċillier tal-Ġermanja Olaf Scholz, il-Prim Ministru Robert Abela ħa sehem f’diskussjonijiet ma’ Prim Ministri u politiċi Ewropej oħra, filwaqt li ndirizza l-Kungress tas-Soċjalisti Ewropej, bit-tema “With Courage For Europe.”

F’waħda mis-sessjonijiet ewlenin tal-Kungress il-Prim Ministru wieġeb id-domandi flimkien mal-Prim Ministru ta’ Spanja, Pedro Sanchez, il-Prim Ministru tal-Portugal, Antoinio Costa u l-mexxej tal-partit soċjalista Svediż, Magdalena Andersson. 

Mistoqsi dwar is-suċċessi elettorali tal-Partit Laburista Malti l-Prim Ministru tkellem dwar il-prinċipji tal-Partit Laburista, dawk li jpoġġu n-nies l-ewwel. Spjega kif dan iwassal għall-ħtieġa ta’ soċjeta’ ġusta, sostenibbli u sensittiva għar-realtajiet tan-nies.

Huwa spjega wkoll kif it-tibdil fil-klima qed toħloq theddida serja għalina lkoll u Malta lesta li tkun minn ta’ quddiem nett biex tmexxi dan il-qasam bi sforzi kbar fid-dekarbonizzazzjoni u diġitalizzazzjoni – żewġ pilastri ewlenin fil-viżjoni ekonomika ta’ Malta.

Sport