Wednesday, July 24, 2024

Il-Ġuvni li kien arrestat b’rabta mal-isplussiv fil-Ħamrun se jitressaq il-Qorti llejla

Aqra wkoll

Għall-ħabta tat-8:00 p.m, quddiem il-Maġistrat Gianella Camilleri, se jitressaq żagħżugħ ta’ 19 -il sena minn Santa Venera b’rabta mal-każ tal-isplussiv li nstab barra ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista lura għat-30 ta’ Mejju.

Iż-żagħżugħ kien ġie arrestat f’garaxx fil-Ħamrun fejn wara aktar tfittxija nstabu aktar splussivi li jaqblu ma’ dawk li ntużaw quddiem iċ-ĊNL kif ukoll instab materjal ieħor.

Bħala prekawzjoni l-Pulizija kienet evakwat ir-residenti fl-inħawi tal-garaxx.

Ekonomija

Sport