Sunday, December 22, 2024

Il-gvern Awstraljan jagħmel apoloġija dwar il-programm ta’ tilqim

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru tal-Awstralja għamel apoloġija għall-mod ta’ kif qiegħed 

jiġi mħaddem il-programm ta’ tilqim kontra l-Covid-19. Huwa għamel dan hekk kif l-iktar stat popolat ġewwa l-Awstralja, New South Wales, ilbieraħ irrapporta l-ikbar numru ta’ infezzjonijiet ġodda f’dawn l-aħħar 16-il xahar. 

Meta mqabbla ma’ pajjiżi oħrajn l-Awstralja s’issa rnexxielha tikkontrolla b’suċċess in-numru ta’ infezzjonijiet, iżda f’dawn l-aħħar ġimgħat is-sitwazzjoni fil-pajjiż qiegħda tikkomplika ruħha minħabba l-varjant Delta. Kawża ta’ dan il-varjant, li jittrażmettu ruħu b’mod 

iktar faċli, xejn inqas minn 25 miljun persuna ġewwa l-Awstralja spiċċaw f’lockdown. 

Il-fatt li l-programm tat-tilqim jidher li miexi bl-iskossi qiegħed iwassal biex is-sitwazzjoni tat-tixrid tal-virus tiggrava. Fil-preżent dan il-pajjiż qiegħed jamministra inqas minn 150,000 doża kuljum, li meta mqabbel ma’ pajjiżi żvilup- pati oħrajn dan huwa numru baxx. 

Min-naħa tiegħu l-gvern tal-pajjiż wiegħed li sal-aħħar tas-sena se jkun qiegħed jilħaq il-miri li fassal iktar kmieni u dan hekk kif fil-ġimgħat li ġejjin għandhom jaslu kunsinni kbar ta’ tilqimiet. 

Ekonomija

Sport