Saturday, May 18, 2024

Tindarab ħafif wara li nqalbet bil-vettura f’Birkirkara

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-sewwieqa huma mitluba jevitaw Triq in-Naxxar, Birkirkara, direzzjoni lejn il-Mosta, għax it-triq tinstab temporanjament magħluqa minħabba inċident tat-traffiku.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li persuna ta’ 72 sena għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha u nqalbet fuq il-ġenb.

Hija ngħatat l-ewwel għajnuna fil-post u aktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi ħfief.

Sport