Saturday, December 28, 2024

Il-Gvern Brażiljan akkużat li qed jgħatti l-imwiet kaġun tal-Covid

Aqra wkoll

Il-Gvern Brażiljan waqaf jippubblika t-total kumplessiv ta’ imwiet u infezzjonijiet tal-coronavirus, b’din il-mossa twassal lil esperti jisħqu li din hija manuvra biex jgħatti l-gravità tas-sitwazzjoni b’rabta mal-pandemija fil-pajjiż.

Din il-mossa waslet xhur ta’ kritika fil-konfront ta’ kif il-President Jair Bolsonaro ffaċċja l-pandemija, wara li kien sejħilha bħala “riħ żgħir”. Huwa kien qed jonqos ukoll li jilbes maskra protettiva u jipprattika social distancing.

Hekk kif it-total ta’ mwiet kaġun tal-coronavirus fid-dinja illum qabeż l-400,000 persuna, u n-numru ta’ każijiet pożittivi jlaħħqu s-6.9 miljun persuna, l-aħħar numri uffiċjali maħruġin mill-Brażil kienu juru 34,000 każ ta’ mwiet u 615,000 infezzjoni.

Il-Ministeru għas-Saħħa Brażiljan għalaq is-sit li kien juri l-istatistika kuljum ta’ każi ġodda ta’ coronavirus.

Minflok Bolsonari qal li s-sit se jkun qed juri biss l-istatistika għall-24 siegħa preċedenti f’dawk li huma każi ġodda ta’ infezzjonijiet u mwiet.

Ekonomija

Sport