Friday, November 22, 2024

Il-Gvern determinat li jassigura stabilità fil-prezzijiet tal-enerġija

Aqra wkoll

F’kuntest ta’ kriżi internazzjonali tal-enerġija, Malta hija determinata li tassigura stabilità fil-prezzijiet tal-enerġija fil-gżejjer Maltin. Dan saħqitu l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriżi u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli  f’laqgħa tal-Kunsill tal-Enerġija tal-Unjoni Ewropea.

F’din il-laqgħa tal-Kunsill li saret fi Brussell, il-Ministru Dalli enfasizzat l-importanza li jiġu identifikati soluzzjonijiet biex jindirizzaw il-kriżi tal-enerġija, madwar il-pajjizi fl-Unjoni Ewropea. Dawn il-miżuri, partikolarment għal Stati Membri żgħar bħal Malta, hemm bżonnhom biex isostnu l-industriji u jipproteġu lill-familji u lin-negozji.

“Malta qed tkompli taħdem biex issaħħaħ il-kapaċità tal-enerġija u tipprovdi sorsi alternattivi ta’ enerġija li huma nodfa u jistgħu jassiguraw sigurtà fil-provvista u prezzijiet stabbli. Jeħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea tagħti l-appoġġ tagħha lil dawn il-proġetti,” stqarret il-Ministru Dalli.

Bi tħejjija għall-Kunsill tal-Ministri, l-Aġenzija għall-Korporazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) għamlet evalwazzjoni preliminari li ġew diskussa fil-fond, bi proposti ta’ kif l-UE tista’ tindirizza ż-żieda fil-prezzijiet. 

Il-Ministru Dalli qalet li l-Kummissjoni għandha tħares lejn soluzzjonijiet b’saħħithom biżżejjed, fil-każ tal-possibilità li ż-żieda tal-prezzijiet tittawwal aktar minn dak li kien qed jiġi previst fil-bidu.

“Dan huwa preċiżament għala l-Kummissjoni Ewropea għandha bżonn tgħin lill-iStati Membri li għandhom speċifikazzjonijiet nazzjonali li jirrikjedu soluzzjonijiet tailor-made.

“Huwa kruċjali li kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew  tkompli tkun salcvagwardata s-sigurtà tal-provvista filwaqt li jinstabu aktar soluzzjonijiet li jindirizzaw il-volatilità fil-prezzijiet, tenniet Miriam Dalli.

Sport